Opinjonijiet, hsibijiet, ideat: miktubin hawn minflok imhazzin fuq xi bicca karta.

Sunday, August 07, 2005

Dan Il-Blogg ser jieqaf

Peress illi ma nistax insib tarf kif ser nirranga din il-problema li zviluppatli, iddecidejt li nwaqqaf dan il-blogg. Il-bloggati tieghi ser jibdew jkunu go dan il-blogg. Nispera li tibqghu ssegwu l-kazzati tieghi. Jekk xi darba nsib tarf, nerga nibda nibbloggja hawn.

Sa dak iz-zmien, jekk jigi,
Sahha

Xwajten

Friday, August 05, 2005

Ma nafx x'gara

Minkejja li din l-entry ser tigi mpustata fil-blog bhal li kieku giet miktuba minn Mistoqsija, din qed niktibha jien, Xwajten. Ghaliex?
1. Ma nafx x'gara. Meta nidhol go Blogger, qed jghidli li jien signed in pero ma jaghtinix options biex inzid posts godda jew inbiddel xi haga fil-blogg.
2. Mistoqsija, (grazzi kbira, mwa mwa mwa) fdatli l-password biex jien inkun nista inharbex xi haga u nispjega naqra x'inqala......forsi ma tafx kif insib lil xi genju jghidli daqsxejn kif ser insolvi dil-problema.

Ghalissa dak kollox. Nispera li ghal issa u mhux ghal dejjem!

Wednesday, July 27, 2005

Maaaaaa, x'misthija!!!

Blogg bil-vjola, mhux ahmar. Ghaliex? Ghax tant sthajt li ma bqajtx ahmar, gejt vjola metallic!

Illum ghamilt super mega cavolata!

Jien u z-zghira tieghi (jigifieri l-gharusa), peress illi ilna ghaddejjin b'ritmu xejn attraenti fejn minn xoghol nibqghu sejrin ghal xoghol iehor, iddecidejna li flimkien immorru nghamlu BBQ ghal kwiet. Illum, li inzurtat hi l-unika gurnata li fiha m'hinix xoghol f'dawn is-sebat ijiem, morna bil-hsieb ta BBQ minghajr ma nafu fejn sejrin. Wara li kien ilna imwahhlin fit-traffiku ghal aktar minn siegha (minhabba incident tat-traffiku go Burmarrad - nispera li t-tabib involut jehlisha minn halq il-mewt) konna ghaddejjin u sibna bicca tidher mhux hazin u ntfajna hemm.

Waqt it-tisjir, f'hin tant delikat li ma jmurx inwaqqa xi bicca laham, tigi tipparkja karozza fit-triq magembna li baqghet bid-dawl mixghul ghal ftit hin mhux hazin ovvjament il-fanali taghha fil-livell ta wicci. Intefa u wara ftit rega inxteghel. Il-sottoscritto qabad jinkazza (ghax dawl qawwi generalmant jghamilli ugiegh ta ras) u fil-pront, l-inbid ahmar li ghasart mal-kunjatu s-sajf li ghadda tkellem b'vuci gholja mhux hazin u qal, "Itfilu naqra dak id-dawl hi. Mela qed tfittex l-ommok jew?!"

Ma nafx/nahsibx li min kien hemm gol-karozza sema dak li ghedt. Nispera li le, hafna nispera li le ghaliex minn wara id-dawl tfigg it-tutor tat-tezi tieghi..........................oops! B'reazzjoni hafn' aktar ghaggelija minn dik tal-kamaleonte, jien gejt ta kulur ahmar, anzi, vjola. Semghatni jew ma semghatnix ma nafx pero ta mara ferm dhulija li hi giet tkellimna. Nispera li ma semghatnix ghax minn tant nies, ma din ma rridx naqta figura kerha, mhux biss ghaliex ghandi bzonn l-ghajnuna taghha, pero wkoll u iktar, ghaliex ghandi stima kbira lejha u nammirha.

Saturday, July 23, 2005

Deadline in horse dung case

An article in The Times of Malta explains how the Marsa local council is facing financial problems mostly due to the fact that the budget allocated by the central government for clearing up of horse dung was Lm750 a year whilst it is actually costing the council lm 10,000 a year.

During the previous sitting, Dr Padovani Grima gave a provisional ruling
saying the council should continue to collect the waste
until the case was concluded because the waste presented a health hazard.
It ordered the government to pay for its collection.
And one asks him/herself:
Doesn't the government think that a miserable Lm 750 a year is a bit too little a sum to cover this job?
On the other hand, should we not charge a fee to the horse owners for such clearing? It will surely be a valuable contribution especially considering that most horse owners are quite well off financially.

Friday, July 22, 2005

T'was in my mail!

Excerpt from an article which appeared in the Dublin Times about a bank robbery on March 2.

Once inside the bank shortly after midnight, their efforts at disabling the security system got underway immediately. The robbers, who expected to find one or two large safes filled with cash & valuables, were surprised to see hundreds of smaller safes throughout the bank. The robbers cracked the first safe's combination, and inside they foundonly a small bowl of vanilla pudding. As recorded on the bank's audio tape system,one robber said, "At least we'll have a bit to eat." The robbers opened up a second safe, and it also contained nothing but vanilla pudding.

The process continued until all safes were opened. They did not find one pound sterling, a diamond, or an ounce of gold. Instead, all the safes contained covered bowls of pudding. Disappointed, the robbers made a quiet exit, each leaving with nothing more than a queasy, uncomfortably full stomach.


The newspaper headline read:

IRELAND'S LARGEST SPERM BANK ROBBED EARLY THIS MORNING..........

uuuuuuuuuuuuuuuuuuuuuuuuugh!!!!!!!!!!!

Monday, July 18, 2005

For Tad - Monsters, stay out of this room! You have no business here.

"Good night, Tad." His mother's voice trailed back to him lightly, softly, and in his mind he cried out, Be careful, Mommy, they eat the ladies! In all the movies they catch the ladies and carry them off and eat them! Oh please oh please oh please-
But they were gone.

So Tad Trenton, four years old, lay in his bed, all wires and stiff Erector Set braces. He lay with covers pulled up and one arm crushing Teddy against his chest.....................................................And then a new screaming, this one closer than the nightwind outside, brought him back to staring wakefulness again.

The hinges on the closet door.
Creeeeeeeeeeeee-
That thin sound, so high that perhaps only dogs and small boys awake in the night could have heard it. His closet door swung open slowly and steadily, a dead mouth opening on darkness inch by inch and foot by foot.

The monster was in the darkness. It crouched where it had crouched before. It grinned at him, and its huge shoulders bulked above its cocked head, and its eyes glowed amber, alive with stupid cunning.

I told you they'd go away Tad, it whispered. They always do, in the end. And then I can come back. I like you, Tad. I'll come back every night now, I think, and every night I'll come a little closer to your bed.....and a little closer.....until one night, before you can scream for them, you'll hear something growling, something growling right beside you, Tad, it'll be me, and I'll pounce, and then I'll eat you and you'll be in me.

Tad stared at the creature in his closet with drugged, horrified fascination. There was something that...was almost familiar. Something he almost knew. And that was the worst, that almost knowing.

Sunday, July 17, 2005

skart, skips u proliferanza ta njuranza

Nisma bhalissa - Crucifiction mill-Passjoni

Dalghodu qomt ikkargat biex nippublika blogg fuq l-iskart. (In-naghas hu l-iskuza eccellenti ghal xi zbalji fil-grammatika) Fuq l-iskart minn tant? Iva, imma mhux biss. Blogg fuq l-iskart u l-injuranza fahxija li hawn renjanti hawn Malta.

Recipjenti (skips) ghas-separazzjoni ta l-iskart kien ilhom li tpoggew u bdew jintuzaw sewwa mir-residenti ta Pembroke ghal snin twal. Wara li ghadda z-zmien ghamilna pass l-quddiem u llum insibu hafna aktar minn dawn l-iskips. Il-poplu bilmod qed jitghallem jissepara, mhux zwigijiet biss izda anke skart. Prosit Maltin.
Imma, ghax minghajr 'l-imma' ma nghamlu xejn! X'jigri meta jkollna xi kaxxa kbira? Xi tank li ma jghaddix mit-toqba ta l-iskip? Xi soft toy li ma jikklassifikax ghal go l-ebda wahda mill-4 skips? Il-Malti minghajr ma jahseb, ipoggiha pulita go xi kantuniera ma gemb l-iskips (soluzzjoni ala Karmnu Zabbab) Issa, meta jingabru x'jigri? Ovvjament tat-trakk jigi altament jitnejjek u jitfa kollox gol-kaxxa, sakemm ma jhallix kollox hemm!















Mela dalwaqt (jekk mhux sejjer zbaljat, Jannar 2006) ser nimplimentaw ligi fejn min jinqabad jarmi barra ser jittiehdu mizuri horox kontra tieghu. Tajjeb ferm, kellna bzonn! Ser nimmultaw lil min ipoggi is-soft toy magemb l-iskip? Ser niehdu passi kontra dak il-warden li jigi l-pjazza tas-Saqqajja jwarrab u jimmulta lil min jkun ipparkjat irregolarment imbghad wara li jghaffgu, jarmi l-pakkett tas-sigaretti ma l-art? (Barra li jkun ipparkja hazin hu stess!)


Minghajr ma rrid indahhal daqsxejn nota fuq il-wardens! Mhux ghax ghandi xi mibgheda titbejjet go qalbi ghal dawn in-nies imma ghaliex nahseb li biex tinforza ma tridx toddotta l-attitudni li sfortunatament addottaw dawn in-nies. Ma nammonikx imma intik karta hamra ma l-ewwel foul! Insomma, lura ghal l-iskips.
U lil ta l-iskips x'ser nghamlu bihom? Sfortunatament kelli personalment nassisti ghal insult lejn l-intelligenza ta kull min jkun hemm prezenti. Darba fil-Mosta (magemb il-knisja) u darb'ohra fir-Rabat (fejn il-flats tal-gvern fin-Nigret) kelli nassisti ghat-tbattil ta dawn ir-recipjenti bi skart maghzul. X'jigri?

4 skips, trakk wiehed!
L-ewwel darba kont il-Mosta. Kont qed inhares halli nara kif jitbattlu w irrealizzajt li dan ma kienx ser ibattal wahda biss. Ir-raguni titlob li jew ikun hawn 4 trakkijiet u kull wiehed idur u jigbor mill-kulur ta skip assenjat lilu jew inkella il-kaxxa tat-trakk tkun bid-divizorji. Mela bejni u bejn ruhi bdejt nghid, "Erbgha basktijiet u kantuniera mohlija minn go flat diga zghir biex tissepara l-iskart biex imbghad jigi tat-trakk u jwaddab kollox f'daqqa." X'taqbad taghmel ghid? Tibki? Tidhak? Tidghi?

Fejn? Departure lounge tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Meta? Marzu 2005
X’gara?
Konferma ohra ta’ kemm Malta pajjiz tal-mickey mouse. Nafu li l-awtoritajiet iheggu sabiex jigi sseparat l-iskart, u nhargu skips apposta ghal-karti, hgieg u ghal metal, hemm min jaqleb is-sistema ta’ taht fuq. Fid-departure lounge tal-ajruport ukoll bdew ihaddmu din l-iskema (ovvjament fuq skala izghar) fejn f’diversi postijiet hemm recipjenti ghal skart differenti u anke r-recipjenti innifishom ghandhom kulur differenti apposta. Jidher li dawk li jkunu se jsiefru juzaw sew dan is-servizz. Ikun ghalhekk tad-dahk jew tal-biki meta mbaghad tara li meta jingabar l-iskart mir-recipjenti, minflok jinzamm isseparat … jintefa kollox f’daqqa f’borza wahda!!! Allura ghalfejn tissepara l-iskart biex imbaghad terga thaltu flimkien? U t-turisti jidhku l-ahhar dahka qabel ihallu din l-art!!!

F'Settembru 2001 editorjal ta' The Times kellu jammetti, "let’s face it, we must be one of the dirtiest countries in the world."

Jeffrey Pullicino Orlando F'Marzu 2002 gie kkwotat minn The Times li qal, "we have completely ignored and neglected our environment, nothing is being done on a practical basis."

F'April 2002, The Malta Independent taghtna rigal sabih. Ritratti li juru l-mizbliet kullimkien madwar Malta taht it-titlu Malta One Big Dump.

F'Settembru 2003, The Malta Independent irrapurtat "vegetation five feet high, rubbish deposited outside skips and also a car abandoned in the area since February. . ."
Issa ser nieqaf hawn ghax ma rridx li dan il-blogg jiswini n-nofs ta nhar tal-Hadd filghodu kollu. Filwaqt li nispera li hadd minn dawk li ser jaqraw dan il-blogg mhu ser jaghmel xi gurnata jinkwieta fuq l-iskips, nipprepara biex immur nixrob it-tielet tazza kafe ghal dalghodu.
Sahha